0

Għeżież,

Qed nibgħat din il-poeżija għax għoġbitni u xtaqt nuriha lit-tfal oħra għal Jum l-Omm. Din il-poeżija sibtha fil-ktieb ‘Mid-djarju ta’ Stefan u Marika’.

Ommi

Ħsieb tiegħi din tieħu

U ħwejġi taħsilli,

Biex niekol tlestili

Elf ħaġa tagħmilli.

Kuljum tistaqsini

X’tgħallimna l-iskola,

Tinkwieta jekk lili

Taqbadni ftit sogħla.

Tixtrili jew tħitli

Xi libsa sabiħa,

Fuq wiċċha tbissima

Għax dejjem ferrieħa.

Suzanne Camilleri

Year 6

Skola Primarja Żurrieq
0

Imla l-barmil bil-ġugarelli

Your browser may not support display of this image.Itfa’ magħhom xi ftit piżelli

Ħawwad f’daqqa ħallat b’sabta

Żid ftit ilma waddab karta!

Ftit blalen u ġiżimin

Tkellem magħhom żiegħel bihom

Kompli itfa’ biex tferraħhom.

Kisser ġewża, aqli l-lewż

Itfa’ borża bil-ġellewż.

Meta tlesti itfi d-dawl

Poġġiha f’kamra u għidilha qawl!

Miguel Scicluna

Year 5

Skola Primarja Xgħajra

Kulleġġ Santa Margerita

0

Melinda l-ġeru tiegħi

Jien jisimni Lee Cutajar u għandi sitt snin u mmur l-iskola primarja tal-Gudja. Qiegħed it-tieni sena u l-għalliema tiegħi hija Ms Bailey. Jien inħobbhom ħafna l-annimali speċjalment il-klieb. Il-papà tiegħi ftit ta’ żmien ilu ġabli ġeru u jien semmejtha Melinda.

Aħna noqgħodu niġru wara xulxin u nifirħu meta tkun xi ġurnata sabiħa fejn id-dar tiegħi, għax hemm ħafna għelieqi u raba. Melinda hija ġeru kwieta u ma tagħti fastidju lil ħadd.

Min ikollu kelb irid iħobbu u jieħu ħsiebu minn qalbu għax inkella jinħaqar!

Lee Cutajar

Year 2

Skola Primarja Gudja


0

Għeżież Christine u Sarah,

Jiena Kirsty Zahra u mmur l-iskola primarja taż-Żejtun. Jien inħobb ħafna nikteb u ma’ din l-ittra qed nibgħatilkom xi poeżiji li ktibt jien. Lill-għalliema tiegħi tgħidx kemm għoġbuha. Hi qaltli biex naqrahom waqt l-assembly.

Il-banana

Kemm inħobbha l-banana

U nikolha mingħajr għana

Din il-frotta hi minn tagħna

U siġra tagħha aħna għandna.

It-tuffieħa

Kemm inħobbha t-tuffieħa

Għandha riħa qisha fwieħa

U dil-frotta t-tuffieħa

Frotta tonda wisq sabiħa.

Il-larinġa

Kemm inħobbha l-larinġa

Din il-frotta jikluha n-ninġa

Biex tagħtihom ħafna forza

Jibdew jiġru daqs karozza!

Il-kaboċċa

Kemm hi tajba l-kaboċċa

Tajba anke mal-qaqoċċa

Tonda, tonda qisha boċċa

Friska tqarmeċ il-kaboċċa!


Kirsty Zahra

Year 3

Skola Primarja Żejtun A
0

Imxi mixja ġewwa l-ġnien

Iżra’ l-fjuri kullimkien

Iżra’ l-ward u l-ġiżimin

U agħtihom lil Karmelin

U fil-frisk fittex xi bank

Jekk ma ssibx poġġi fuq tank

Ixtri żewġ ħobżiet biż-żejt

Aħjar nieqaf għax għajjejt!

Aron Galea

Year 5

Skola Primarja Xgħajra

Kulleġġ Santa Margerita
0
1

Jiena jisimni Rianne Marie Azzopardi u noqgħod il-Mosta. Għandi ħames snin. Jiena nħobb ħafna l-annimali u għandi żewġ amorini jisimhom Joe u Joanna. Imma mqarbin wisq. Inħobbu jiftħu l-gaġġa u joħorġu jtiru mad-dar kollha. Dejjem naqla’ xi għajta mingħand il-mamà minħabba fihom!

Rianne Marie Azzopardi

Year 1

Skola Primarja Mosta

Kulleġġ Maria Reġina
0

Il-ġnien


  1. Il-ġnien hu sabiħ ħafna.
  2. Il-ġnien għandu ħafna xtieli.
  3. Il-ġnien għandu ħafna fjuri.
  4. Il-ħaxix aħdar.
  5. Il-fjuri sbieħ ħafna.
  6. Fil-ġnien ikun hemm ħafna ħaxix.
  7. Il-ġnien irridu nsaqquh ħafna biex jikber il-ħaxix.
  8. Il-fjuri jfuħu ħafna.
  9. Il-ġnien ikollu ħafna kuluri.
  10. Il-fjuri għandhom ħafna kuluri
  11. Fil-ġnien jiġu ħafna nies jagħmlu piknik
  12. Fuq is-siġar ikun hemm ħafna għasafar.
  13. Fil-ġnien ikun hem mil-ġiebja.

Kirsty Cortis

Year 2

Skola Primarja Rabat A

Kulleġġ San Nikola
0

I have many friends but my father is my best friend. He is the most person I trust.

My father is very important to me. He makes me feel good. He gives me good advices and courage for the future. He plays with me and listens to me when I have something that is bothering me.

My father is in early forties. He is of medium height and slim. His hair is short and brown. He has suntanned face because he usually works outside. He’s energetic and very hardworking. He is always cheerful and friendly with other people. My father is patient and intelligent.

He likes swimming and likes to snorkel to see underwater life. He does not like smoking and drinking alcohol. I like my father because I like his character and I want to be similar to him when I grow up.

I feel very proud when someone calls me Sherlock Junior instead of my name Justin.

Justin Camilleri

Primary School Xgħajra

St. Margaret’s College
0

Id-debba tiegħi


Id-debba tiegħi jisimha Lilly. Jien inħobbok ħafna. Jien ħa nagħtik tluq. Jekk tmur tajjeb jien inħallik ftit ġranet għall-mistrieħ. Wara nibda nippreparak għat-tiġrija. Jekk tieħu t-tieni nibqa’ nħobbok dejjem. Id-debba qegħda għand in-nanniet u meta mmur norqod magħhom nagħtiha tiekol jien. Hi tiekol xgħir u tiben. Meta nkun għand in-nanniet noħorġok timxi ftit u forsi n-nannu jagħmillek ir-ras, l-arnes u s-sirkin u lili jagħtini r-riedni biex insuqek.

Inħobbok Lilly!

Clint Gauci

Year 2

Skola Primarja Rabat A

Kulleġġ San Nikola
0

Il-qattus tiegħi

Kemm infissdu l-qattus tiegħi

Bil-mustaċċi kbar u sbieħ

X’ġin nisma’ lil tal-ħut jgħajjat

Immur nixtrilu minnufih.

Idum jilgħab ħin twil ħdejja

B’kobba suf jew b’xi ballun

Imma meta jħossu jgħejja,

Jorqod raqda fejn ikun.

Christell Mifsud

10 years old


3

My dog Rooney


My pet is a dog. His name is Rooney and is going to be 1 year old on the 19th March. Rooney is a pug and his colour is fawn. His tail is very, very curly. Rooney likes to eat so he is very fat. After school I always take my dog for a walk. At night when I go to sleep he always sleeps in my room on his small bed I made for him. He likes to play with me. Sometimes I dress him some clothes. My parents usually buy him clothes too.

I will always take care of him!

Chelsea Refalo

Year 5

St. Venera Primary School


0

L-iskola tiegħi


L-iskola tinsab Ħaż-Żabbar. L-iskola titmexxa minn Mrs Chetcuti. L-iskola hija kbira u għandha tliet sulari. Il-bitħa qegħda fin-nofs tal-iskola. Il-klassijiet huma miżbugħa b’ħafna kuluri. Il-klassijiet għandhom il-purtieri b’kuluri differenti. Il-librerija qegħda fit-tielet sular. Hija kbira u fiha hemm ħafna kotba interessanti.

Aħna qegħdin ħafna studenti bniet u subien għax l-iskola kbira. Aħna nitgħallmu ħafna suġġetti sbieħ fosthom matematika, Ingliż u Malti. Jiena nixtieq li fl-iskola ikollna lezzjoni tat-tisjir għax la nikber nixtieq insir kok.

Ayrton Galea

Year 3

Skola Primarja Żabbar B

Kulleġġ Santa Margerita
0

Fuq l-annimali tiegħi


Għandi kelb jismu Spiek u qattus jismu Claus. Għandi wkoll kanarin isfar u jismu Ginger. Dan iħobb isaffar ħafna u ommi tgħattih bil-kutra għax joħdilha rasha. Imma jiena kif ninduna li għamlitlu l-kutra inkun pront pront inneħħihielu għax nieħu pjaċir nisimgħu isaffar.



Andre' Lukas

Year 2

Skola Primarja Rabat A

Kulleġġ San Nikola
0

Nhar l-Erbgħa morna ħarġa u tlaqna mal-vapur tas-sebgħa u nofs.

It-temp kien sabiħ u l-baħar kien kalm. Wasalna Malta u qbadna l-karozza tal-linja. Ix-xufier għaddiena mill-bypass tal-Mellieħa. Fil-vjaġġ mix-xarabank rajna l-katidral tal-Imdina. Wara siegħa wasalna l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Dħalna mis-sala tat-tluq fejn għaddejna l-basktijiet minn ġo magna bis-sistema tas-sigurtà. Wasalna l-uffiċċju Meterjoloġiku li jieħdu ħsieb it-temp ta’ Malta. Rajna l-istrumenti kollha li jkejlu t-temp bihom bħal barometru, pluvjometru, pinnur u anemometru.

Ġo l-arrivals rajna ħafna monumenti bħal tal-mara l-ħoxna. Morna fis-sala tal-V.I.P. fejn ikun hemm nies importanti. Fil-vjaġġ tagħna lura x’ħin wasalna Għawdex inżilna bl-escalator minn fuq il-vapur.

Tgħidx kemm ħadt pjaċir Malta u nixtieq li nerġgħu mmorru ma ndumux.

Christian Azzopardi

Year 5 St. Francis School

Victoria Gozo

0

Immaġina li inti kelb. Ikteb dwar ġurnata minn ħajtek

Fir-raħal tal-Qrendi fejn noqgħod jien, hawn ħafna widien fejn tmur tagħmel xi passiġġata… Jien kelb tal-‘wolf’ jisimni Black Pearl għax lewni hu iswed faħma. Għandi 10 snin u nħobb nagħmel ħbieb ma’ klieb oħra. Jien noqgħod ġo garaxx mimli għodda u nġenji tal-għalqa. Jien naqra mqareb għax kuljum nagħmel xi praspura.

Ġurnata waħda sidi kellu qadja sal-Marsa. Kien mgħaġġel ħafna u bil-fixla ħallieli l-garaxx miftuħ. Jien għamilt il-kuraġġ u ħriġt għal għonq it-triq mingħajr ma kont naf fejn sejjer. Bdejt nara iktar klieb bħali. Iltqajt ma’ kelb bħali li kien jismu Nikos. Għamilna ħbieb malajr, konna qisna ħobż u sikkina. Nikos huwa kelb qalbu tajba u jaf jieħu ċajta. Qalli biex immorru niġru ġo għalqa kbira u hekk għamilt. Ħadna gost ħafna u tgħidx kemm ġrejna. Wara ftit għidtlu biex aħjar naħseb biex immur lura għax jiġi sidi u jieħu ħsiebi.

Bdejna mexjin però wara li mxejna biċċa sew indunajna li qbadna triq b’oħra u qisna konna ntlifna. Bdejt nibża’ u għidt lil Nikos biex naraw x’se nagħmlu. Nikos qalli biex nibqgħu mexjin forsi jirnexxielna nsibu xi ħjiel ta’ minn fejn stajna ngħaddu. Nikos ried imur fil-post tiegħu wkoll għax sidu kien iħobbu ħafna. Imxejna fuq li mxejna.

Xi siegħa wara ġejna ħdejn kappella żgħira u jien għidt lil Nikos li ma konniex bogħod wisq mid-dar. U hekk kien għax malajr indunajt bil-garaxx ta’ sidi li kien għadu miftuħ. Jien dhalt ġewwa u mort posti nistrieħ għax kont għajjien mejjet. Irqadt raqda twila u ħlomt ħolma sabiħa fuq dak li kont għaddejt minnu. Nikos ukoll mar postu u kien qalli forsi nerġgħu niltaqgħu darb’oħra għax kienet esperjenza sabiħa.

Year 5

Kulleġġ San Benedittu

Skola Primarja Qrendi
0

Bħala parti mill-proġett Dinja Waħda, għamilna riċerka dwar l-annimali li qegħdin fil-periklu li jinqerdu.

Madwar id-dinja, ħafna tipi t’annimali qegħdin fil-periklu li jgħebu darba għal dejjem minn fostna. Il-fattur prinċipali għal dan huwa li l-bniedem ikkaċċja xi annimal partikolari bla kontroll bi skop wieħed biss li jakkwista l-laham, is-suf jew bżonnijiet oħra importanti għal ħajja tiegħu. Il-bniedem wasal ukoll biex qered ammonti kbar ta’ foresti biex jibni fejn joqgħod u nesa li fl-istess ħin kien qed jeqred il-post fejn jgħix u jitrabba l-annimal.

Fost l-aktar annimali li ntlaqtu ħażin minn din it-tip ta’ kaċċa nsibu l-baleni li kważi għebu mill-oċejani tagħna. L-iljunfanti, l-pandas u diversi speċi oħrajn li jgħixu fil-foresti wkoll messithom l-istess xorti.

Madankollu madwar id-dinja għaddejin kampanji sħaħ favur il-ħarsien ta’ dawn l-annimali u diversi pajjiżi nfurzaw liġijiet iebsin biex jipproteġuhom.

Tajjeb li aħna nappoġjaw dan kollu ħalli fiż-żmien li ġej nibqgħu ngawdu lil dawn il-ġmiel t’annimali.

Year 5A

St. Ignatius College, Żebbuġ
0
Jisimni Winona Attard McCarthy. Fil-5 ta’ Marzu ta' din is-sena għalaqt 8 snin. Imma din is-sena ma tantx kont għal qalbi fil-‘birthday’ għax ftit żmien ilu mietet in-nanna Joyce, il-mamà tal-papà. Jien kont inħobbha ħafna lin-nanna Joyce u hi wkoll kienet tħobbni ħafna. Mietet ftit qabel il-Milied, iżda r-rigal tal-Milied kienet diġa xtratuli. Dan ir-rigal hu ħafna għal qalbi, għax kien l-aħħar rigal li qlajt mingħandha. Lin-nanna Joyce ma ninsiha qatt u dejjem nitlob għaliha.

Year 3

Kulleġġ Marija Reġina

Skola Primarja 'A' Mosta
0

Meta għamlet ħafna xita

Kien il-Ħadd filgħodu. Ommi qajmitna biex immorru sal-quddies. Aħna qomna mis-sodda u ħadna belgħa te sħuna. It-temp kien sabiħ u ċar. Aħna tlajna fuq u lbisna lbies pulit. Aħna nżilna u morna l-quddies. Jien qgħadt ħdejn il-ħabiba tiegħi Sarah.

X’ħin spiċċat il-quddiesa nfetħu bibien is-sema. Dik il-ġurnata nzertat li lanqas kellna umbrella. B’xorti tajba kien hemm iz-zija l-quddiesa u għednilha biex twassalna sad-dar. Jien liz-zija għidtilha biex issuq bil-mod għax it-triq tiżloq bħas-sapun. Iz-zija waslitna quddiem il-bieb eżatt. Aħna dħalna fid-daħla u ommi fetħet il-bieb ta’ barra. Lanqas ilħaqna ftaħna l-bieb ta’ barra li ma smajtx lin-nanna tgħajjat, “Dieħel l-ilma, dieħel l-ilma!” Dakinhar id-dar kien hemm paniku sħiħ. Kulħadd beda jagħmel xi ħaġa, min jixxotta, min jagħmel il-laned minn fejn beda dieħel l-ilma. Lanqas ilħaqna kilna biċċa ħobż għax reġgħet bdiet nieżla x-xita. Kulħadd reġa’ beda jagħmel ix-xogħol tiegħu.

F’daqqa waħda smajna r-ragħad ikarwat u wara ftit beda nieżel ħafna silġ. Imbagħad bdiet tnaqqas ftit. Wara ħames minuti x-xita waqfet u striħajna ftit u stajna nieklu xi ħaġa. Jiena għidt daqshekk inħobbha x-xita. Oħti qablet miegħi.

Dik il-ġurnata kienet kiefra ħafna u ħadna battikata kbira.

9 snin

Kulleġġ San Benedittu

Skola Primarja Qrendi
0

My Grandpa's horse

His horse is called Runny.

Runny is a brown horse.

His hair is white and black.

His favourite food is the clover.

His favourite drink is the water.

His hobby is to run.

I love Runny because he is strong.

Year 4

Għaxaq Primary School



0

Cute Kittens

  • My Cats like to cuddle and Play
  • Their names are Davinja, Cafu and Cali
  • They are triplets
  • They are two years old
  • Their ears, nose and tail are brown
  • And their fur is white
Year 4
Marsascala Primary School
0

Meta għamlet ħafna xita


Kien is-Sibt u ddeċidejna li mmorru għand in-nanna. Is-sema kien griż. Aħna ssugrajna mmorru għax stajna ninqabdu fix-xita.

Morna bil-karozza tal-linja. Domna siegħa sejrin. Wasalna u kulħadd ħareġ, kien hemm folla nies biex jinżlu. F’ħin minnhom bdiet tqattar ix-xita. Aħna bdejna nħaffu iżda x-xita bdiet iżżid. Bdiet nieżla qawwija ħafna u bdejna niġru b’kemm għandna saħħa. Fl-aħħar wasalna għand in-nanna qisna flieles.

In-nanna malajr marret iġġib ix-xugamani sakemm aħna dħalna. In-nannu mar jagħmel ftit te sħun u ftit soppa milli kien fadal. Kulħadd ħa pjaċir bi ftit te u soppa għax kienet ġurnata kiesħa.

Dik il-lejla kellna norqdu għand in-nanna għax ix-xita ma waqfitx. Dak il-lejl kien hemm ir-riħ ivenven u l-ħġieġ beda jċekċek. Kemm bżajt f’dak il-lejl ta’ maltemp!

9 snin

Skola Primarja Qrendi
0

All about me

My name is Gianluca. I am 8 years old. I live in Marsascala. I go at De La Salle College, Malta. I am in grade 4. My teacher is Ms. Grech. I love my mum and dad and I always obey them.

Year 4

De La Salle College, Birgu
0

Moħħ ir-Riħ

Darba waħda kien hemm tliet subien jisimhom Pietru, Pawlu u Tumas. Meta kellhom ħmistax-il sena għamlu praspura kbira.

Marru għand il-ġara tagħhom, Ms. Borg, u meta din telgħet fuq biex tiżbarazza serqulha s-sulfarini u ħarġu jiġru 'l barra bihom. L-ewwel ħaġa li għamlu kienet li sabu ħafna zkuk niexfin. Imbagħad xeħtuhom kollha ma' l-art u tawhom sulfarina. In-nar qabbad ukoll il-ġenb tad-dar tal-ġara.

Ms. Borg xammet ir-riħa ta' ħruq, ħarset barra mit-tieqa imma ma setgħet tara xejn, allura marret lura taħdem. Is-subien sabu zokk kbir, refgħuh bejniethom u tefgħuh ġol-ħuġġieġa. Issa, Ms. Borg ma felħitx iżjed ixxomm din ir-riħa ta' ħruq, allura ħarġet barra biex tara x'kien qed jiġri. Kemm irrabjat mat-tfal!

Tathom barmil u qaltilhom biex imorru jitfu n-nar. Huma marru ħdejn ix-xmara biex jimlew l-ilma u baqgħu jitfgħu l-ilma sakemm intefa' n-nar. Issa Ms. Borg ċemplet lill-mamà ta' dawn it-tfal u qaltilha bl-istorja.

Malli s-subien waslu d-dar, ommhom bagħtithom dritt fis-sodda bla deżerta. Bħala kastig qaltilhom li għal xahar sħiħ ma setgħux jaraw il-programm favorit tagħhom fuq it-televiżjoni.

Year 4

Garendon School, Żebbuġ
0

My Favourite Relative

My favourite relative is my father. I don't recall him as my father but a best friend and a mentor.

His name is Massimo Ellul and he is thirty-seven years old. He is tall and handsome. He is a marketing consultant and runs his own business. He travels a lot because of his work.

His hobby is reading. He even has his own library. He is a fountain of knowledge. When I was just a toddler, he used to read me wonderful books.

When he comes home from work, he looks ecstatic to see my baby sister and me. Sometimes he plays with us. The games we play are mostly board games like scrabble, trivial pursuit and chess. We also play computer games.

My father is my idol and role model. Even though we do not have enough quality time together, I still think that he is God's gift to me and I love him very much.

Year 4

Garendon School, Żebbuġ
0

Jien jisimni Dylan u għandi sitt snin. Inħobb ħafna l-futbol. Jien qiegħed fin-‘nursery’ ta' Birkirkara F.C.. Immur għat-‘training’ darbtejn ifl-ġimgħa. Meta noħroġ mal-mamà u l-papà dejjem nieħu l-ballun miegħi biex noqgħod nilgħab u nipprattika li nkun tgħallimt fin-‘nursery’. Ix-xewqa tiegħi hi li la nikber insir ‘player’ famuż.


Year 1

Kulleġġ Marija Reġina

Skola Primarja ‘A’ Mosta
0

Ħolma kerha li ħlomt

Kienet lejla kiesħa wara li rajt film li werwirni. Kien sar il-ħin biex norqod. Tfejt it-televixin u dħalt ġos-sodda.

F’daqqa waħda marret għajni bija u sibt ruħi ġo karma mudlama. Imsarni niżlu f’saqajja u bdejt inħoss ħafna dlam. F’daqqa waħda bdejt nisma’ xi ħsejjes u qalbi għamlet tikk. Bdiet ġejja mużika tal-erwieħ u bdew ġejjin ħafna fatati u vampiri. Kull vampir kellu vleġġa f’idu. F’daqqa waħda qabduni żewġ fatati minn idi, tefgħuni ġo tebut u għalquh. Kull wieħed minnhom beda jwaddab il-vleġġa li kellu. Imma fl-aħħar nisma’ l-iżveljarin u qomt b’ġirja.

Ma rridx niftakar b’din il-ħolma għax veru twerwirt!

Year 5

Kulleġġ San Benedittu

Skola Primarja Qrendi
0

In- naħal u l- iljunfant

Jiena Mathea Martin. Nixtieq nirringrazzjakhom minn qalbi talli ghogobkhom tippublikaw wahda mill-istejjer li kont bghattilkhom 'Is-Sahhara il-Kattiva'. Fraht hafna x'hin rajta. L-iskola talbuni wkoll sabiex naqraha quddiem it-tfal kollha waqt l-assembly u ntghogbot hafna.

Illum qed nergha nibghatlek l-istorja 'In-nahal u l-iljunfant' u fl-istess pagna ghandek issib ukoll tpingija dwar din l-istorja li pingiet il-mama' tieghi. Il-quddiem nibghatlikhom aktar stejjer minn tieghi halli t-tfal jaqrawhom ukoll.


------------------------------
In- naħal u l- iljunfant

Darba waħda xi naħal iddeċidew li jmorru sal-luna park’ biex jilagħbu. Min qagħad idur fuq il-ferrovija, min tela’ fuq ir-rota li ddur u min għażel li jmur fuq il-vapur li jitbandal.

Ftit tal-ħin wara wasal iljunfant żgħir flimkien mal-papà tiegħu. Il-mama’ xtaqet li tmur magħhom hija wkoll iżda ma setgħetx għax kellha l-provi taċ-ċirku. L-iljunfant ċkejken ried jitla’ huwa wkoll fuq il-vapur li jitbandal. In-naħal beżgħu minnu daqs kemm kien kbir u goff ħdejhom u ma baqgħux jitbandlu fuq il-vapur.

Għall-ewwel l-iljunfant beda jieħu gost jitbandal fuq il-vapur. Iżda x’ħin il-vapur beda jitbandal aktar mgħaġġel, l-iljunfant beda jibża’. Huwa beda jħares biex ifittex lill-papà tiegħu ħalli jniżżlu imma ma setax jarah. L-iljunfant ċkejken tbikkem.

In-naħal kif rawh hekk qalulu sabiex ma jinkwetax għaliex il-papà tiegħu kien qiegħed fil-qrib jistennieh. In-naħal ma baqgħux jibżgħu aktar mill-iljunfant u saru ħbieb tiegħu.


Year 3

Skola Primarja Qormi – San Ġorġ


1

The ugly princess

There was once a princess named Maria. She was very ugly and nobody wanted to talk or play with her expect of the most popular prince in school, Prince Derick. Ugly how she was ugly he was in love with her. All the other princes & princesses laughed at him, but he didn’t care. He was only a bit frightened that she will laugh at him all because he thought that she was the most beautiful princess in the entire world. He made courage went up to her and told her how he felt about her. And without giving her the chance to answer him he kissed her, in front of everybody. Then he left. Maria was very happy because she loved him as well. When she got back home she told every single detail to her parents. Her parents were very happy because they knew that everyone thought that she was very ugly. The next day she kissed him herself and told him that she felt the same. When they had grown they married.

And lived happily ever after.


Year 6A

Skola Primarja Dingli


0

My Pet

My pet dog's name is Tasha. Tasha is a female dog. It is naughty but frienedly. It barks so loudly when she wants to play. It's a small dog and her hair is black and brown. Tasha eats dog food and drinks water.

She sleeps in her basket. Every day I play with ehr. On Saturdays I give her a bath. When she's feeling ill I take her to the animal hospital. I've had Tasha for two years. She's a ery good friend. I take good care of her and she makes me happy.

Kulleġġ Santa Tereża

Skola Primarja Birkirkara.

Klassi 3.2


0

My Pet

My pet is a cat. Its name is Timmy. Timmy is a male cat. It's a cool cat. My cat is naughty by friendoly and meows when it is hugnry. Timy is a small cat, his fur is white and brown. His eyes are brown too. Its fur is short and sometimes I brush it and my cat sleeps. Timmy eats meat and cat food. It sleeps in a basket and when it's scared it comes to sleep in my bed. Everyday I play with Timmy. Sometimes we give Timmy a bath. I am upset when my cat gets ill. I have had Timmy for many years and we are best friends.

Kulleġġ Santa Tereża

Skola Primarja Birkirkara.

Klassi 3.2

0

My School

The name of my school is St.Theresa College, Birkirkara Primary. It is in Brared Street. Our school is very big and bright. It has very big windows. I love playing in the yard with my best friends. In the morning we say the prayers with Mr. Cassar. Our headmistress is Mrs. Gatt. She is a very nice lady. I love writing stories at my school. I like my school because my teacher is nice and friendly.

Kulleġġ Santa Tereża

Skola Primarja Birkirkara.

Klassi 3.2

0

My Pet

My pet's name is Zico. My dog is a quiet dog. It likes to eat meat and drink water. Zico likes to sleep in m bed. Every day he likes to play fetch with my ball. On Saturday I give him a bath. When he is sick I take him to the vet. I have had him for one year. Zico is my best friend. I love my dog and my dog loves me.

Aldair Grech
Kulleġ Santa Tereża
Skola Primarja Birkirkara
Klassi 3.2
0

My Adventure at Horror House

Last Saturday, on a dark and gloomy night, I was bored and wanted adventure so I went for a walk in the countryside. I prepared my things and left my house.

It was midnight when I got to where I wanted to go. In the distance I could already see the old, abandoned house. When I got closer, I could feel a kind of force pulling me towards the house. As I got closer, it became stronger and stronger until it pulled me to the house itself.

I hit the ground at a tremendous speed and hurt my back badly. When I woke up, it was pitch dark. I got my torch out of my pocket and switched it on. I could see that I was in a cellar. Inside it, there were many rats and some bats.

I tried to find a door but I couldn’t find one. I looked at the ceiling closely and in the corner I found a trapdoor. I quickly climbed the ladder that was standing near the trapdoor and pushed on the door with all my might. It opened with a loud bang and I climbed out. I closed it behind me and ran towards an open door. I found myself in an enormous hall. In the centre, there was a big rotting dining table. Dozens of chairs surrounded it. In the dim light, I could see a door probably leading to the kitchen. I walked nearer to the door and could now hear bubbling and scraping noises. I was curious to know what was making those noises so I walked into the kitchen. There I saw a skeleton cooking at the stove. I was very frightened but I was rooted to the spot. Suddenly, it turned round and gave me a nasty snarl. With that I shrieked loudly and ran into the dining room and down the stairs on the left side of the hall. I found myself standing in a vast entrance hall. I looked around me and saw an old oak book case and a small table. I ran to the front door and opened it with a slight push.

I ran out of the house and down the road. When I got home, I ran up the stairs, opened my bedroom door, flopped onto my bed and fell into a deep sleep wanting to forget my horrible experience.

Matthew Micallef
Grade 5 Miguel
Stella Maris College
Gżira
0

Kif qattajt jum il-Milied

Jiena Kylie Borg li qegħda fir-raba' sena tal-iskola San Franġisk, Bormla. Grazzi u prosit tal-magażin li tagħmlu.

Il-Milied jigi fil-ħamsa u għoxrin ta’ Diċembru. Fil-Milied kienet ġurnata sabiħa. Filgħodu morna l-quddiesa tat-tmienja wara li ftaħna r-rigali.

X’ ħin ftaħt ir-rigali tgħidx kemm ħadt gost għax sibt li xtaqt. Imbagħad morna nieklu għand in-nanna. Iltqajna mal-kuġini u maz-zijiet. Sakemm in-nanna u ommi kienu jsajru, qagħdna nilagħbu. X’ħin sar ħin l-ikel in-nanna għajtitilna biex immorru nieklu. Wara li kilna u ħadna d-deżerta kulħadd ta’ sehemu biex jitnaddfu l-platti. Wara li l-kċina kienet lesta qagħdna nilagħbu ftit bil-karti tal-logħob. Imbagħad morna għand in-nanna l-oħra biex nagħtuha r-rigal tal-Milied. Wara morna d-dar u lgħabna Monopoly ta’ Malta li qlajna dan il-Milied stess.

Il-Milied jogħġobni ħafna. Mhux għax naqla’ r-rigali biss imma għax tgħidx kemm nieħu gost meta niltaqa’ mal-kuġini u maz-zijiet kollha. Jien inħobb il-Milied għax jitwieled Ġesu’ Bambin.



0
0

My Rabbits

I have two rabbits and their names are Whity and Blacky. They are brother and sister. Whity’s colour is white with grey and Blacky’s colour is black with some brown too. Whity is a girl and Blacky is a boy. They stay in a nice warm and big cage. These rabbits are called Lion head rabbits. I had more rabbits before but they died. The first rabbit I had was called Po and he was very quiet. The second one was Susy. She was so naughty that we gave it away. She used to nibble everything. After these two I had another one called Snowy. He was as white as snow, but he also died. I love my rabbits very much and they love me too.

Rebecca Muscat Year 4.2

St.Thomas More College

Fgura

0

Jien jisimni Kelly Anne. L-għalliema tiegħi hija Miss Cynthia. Jiena nħobb niġri. Immur skola-sport u gymnastics. Inħobb inpinġi. La nikber nixtieq naħdem ġo bank.


Kelly Anne Buttigieg
Year 1

Skola Primarja
Mqabba
0


Jiena Chantelle Mifsud, noqgħod il-Qala u għandi 8 snin.
Jien għandi żewġ ħuti jisimhom Luana u Deanna. Il-hobby favorit tiegħi huwa li npinġi. L-annimal favorit tiegħi huwa ż-żiemel. Jien għandi għasfur jismu Joey. Jiena tifla ċajtiera ħafna. Il-ħbieb tiegħi jisimhom Maria, Daisy u Clara. Jiena nħobb nikteb xi poeżiji wkoll. Jiena nħobb nilgħab bil-pupi.

Nawgura l-GĦID IT -TAJJAB lil kulħadd!!

BYE!!

Mingħand il-ħabiba tagħkom,

Chantelle



0

Mawra s’Għawdex



Illum morna Għawdex. Aħna tlajna
fuq il–vapur. Jien ħassejt ħafna bard. Aħna għaddejna minn ħdejn Kemmuna. Imbagħad morna Għawdex. L-ewwel morna l-Ġgantija. Kien hemm ġebel kbir ħafna u kien hemm il–forma tal-mara l-ħoxna. Kemm huma sbieħ dawn it-tempji! Żorna wkoll is-Santwarju ta’ Pinu. Wara li kilna pizza tajba morna d-Dwejra. Imbagħad morna t-torri tad-Dwejra u fl-aħħar morna lura d-dar.




Andreas Edwin Scicluna

Year 3 Skola Primarja A

Żejtun